|


Fr John's Blog:

Download Latest Audio Clip 3 Feb 2010
Feb 23 | | Randan Ninsabu fi zmien ir-Randan. Dan huwa zmien li nirriflettu u nahsbu fit-tajjeb u l-hazin taghna, u naghrfu fejn ahna sejrin. Dan ukoll huwa zmien ta’ rifflesjoni biex jiena ninbidel ghall-ahjar, kif ukoll preparazzjoni ghal festa tal-Ghid.
Bhala tema ghal dan ir-Randan ghazilt it-tema tar-raba Hadd tar-Randan, fejn il-knisja fil-qari tal-Evangelu tipprezentana l-istorja tal-Iben il-Hali. Din il-parabbola tinsab fil-kapitlu hmistax, ta’ San Luqa. F’din l-parabbola niltaqghu mal-imhabba, mal-mahfra u mal-hniena ta’ Alla li hu ried jurina.
Din il-parabbola titkellem fuq dak it-tifel li mar il-boghod u berbaq il-wirt li tah missieru man-nisa tat-triq. Fl-opinjoni tieghi dan l-isem huwa zbaljat, ghax ma nahsibx li l-iben huwa l-hali ghalkemm hu berbaq il-flus tieghu kollha. Imma kieku kont insejjahlu, l-missier il-hali, l-missier li ghandu l-imhabbu u hniena u mahfra bl-abbundanza ghalina l-bnedmin. Dan jiehu pjacir jahlihom fuqna, jekk ahna nersqu lejh u nhalluh.
Din il-parabola ta’ Gesu tlaqqana ma’ zewġ ulied, fejn dawn iz-zewg ulied jirrapprezentaw lilna l-bnedmin. Hawnhekk ghandna l-iben iz-zghir, bl-ikbar dnub li jista’ jaghmel il-bniedem. Dan l-iben mar fuq missieru u qallu biex jaghtih il-flus tal-wirt dakinhar minflokk wara mewt il-missier. F’din il-parabbola l-iben iz-zghir qisu qed jghid lil missieru li jixtiequ mejjet u li ma jezistix iktar; l-importanti li jaghtih flus u hallih jaghmel li irid. Dan huwa l-ikbar dnub fl-opinjoni tal-bnedmin li gieli naghmluh ahna ukoll. Kemm il-darba, nispiccaw naghmlu li rridu ahna u nigu naqghu u nqumu jekk qeghdin naghmlu ir-rieda ta’ Alla jew le?
Min-naha l-ohra ghandna l-iben il-kbir li ukoll jirraprezentana. Dan kien dejjem qrib ta’ missieru u qatt ma telaq mid-dar izda, dan l-iben il-kbir kien dejjem jghix irrabjat lejn missieru. Dan ma kellux fiducja kif kien imexxi missieru. Kemm il-darba ahna ukoll bhal dan l-iben, nehduha kontra Alla, ma naqblux ma Alla, kieku kont Alla jien kont naghmilhom differenti; ma ghandiex fiducja fih u nafdah?
Ha nikkumenta f’din il-parabbola fuq tlett verbi importanti li uza l-Evangelista San Luqa. Dawn it-tlett verbi huma dawn: jiġri, jittallab, ha nqum.
Hawnhekk jigri li meta t-tifel iz-zghir induna bl-izball tieghu, dan mar lura ghand missieru. Hawnhekk jibda l-ewwel verb, li meta l-missier lemhu gej mill-boghod dan mar jigri. Din mhiex normali ghal missier fil-kultura tal-Lvant tal-mediterran. Kieku l-missier kellu jaggixxi umanament, hu kien jibqa’ hemm jistenna lit-tifel tieghu jigi lura u jiffaccjah. Iżda dan il-missier huwa Alla l-missier li jhobbna, fejn dan jitlaq jigri. Dan il-verb jurina li Alla jitlef il-kontroll fuqu innifsu ghax jimtela b’sentimenti ta’ imhabba u ta’ hniena u jmur jigri jiltaqa mieghu u jaghnqu mieghu. Wara l-missier ghajjat lil qaddejja tieghu biex ilibsulu l-libsa gdida u sandli (ghax kien waqa’ fil-jasar tad-dnub u spicca hafi), jaghtuh ic-curkett halli jkun jaf li dan ghadu parti mill-familja taghna u fl-ahhar qalilhom biex joqtlu l-iktar ghogol imsemmen ghax it-tifel, kien mitluf u nstab, kien mejjet u rega’ qam. Dan huwa l-verb jigri¸ kif il-Mulej jagixxi maghna l-midinbin li jinsa’ id-dnub taghna u jigi jigri meta jarana li nixtiequH mill-gdid.
It-tieni verb jinstema meta t-tifel il-kbir, induna li kien hemm festa u sar jaf li l-missier kien qed jaghmel festa lil ibnu rritorna. Dan issuppervja u ma riedx jidhol ghal festa, izda l-missier mar fuqu jittallablu biex jidhol ghax huh kien mejjet u rega’ qam, kien mitluf u nstab. Hawnhekk naraw l-attitudni ta’ hniena tal-missier il-hali fl-imhabba tieghu, fejn lit-tifel il-kbir jittallablu biex jidhol.
Dawn iz-zewg verbi li Alla jaghmel maghna kull meta jiena niftahlu l-bieb mill-gdid, kull meta jiena naghraf li tbeghidt minnu, naghraf li ghandi bzonnu, u kull meta jien naghraf li zbaljajt u ghandi bzonn il-mahfra u l-imhabba tieghu. Alla jigi jigri u Alla jittalbilna biex nidhlu gewwa. Ghalhekk din il-parabbola ma ghandiex tkun il-parabbola tal-iben il-hali izda tal-missier il-hali.
Mill-banda l-ohra t-tielet verb huwa ha nqum. Forsi int li qed taqra din is-silta, ukoll mimli appatija, forsi int ukoll tbeghidt minn Alla, forsi kif qed tghix int lil Alla qisek qed tghidlu ma ghandiex bzonnoK, hallini naghmel li jrid. Importanti li meta tinduna li zbaljajt ghid bhal l-iben il-hali “ha inqum” u ha mmur lura ghand missieri. Ghamlit x’ghamilt, qum u mur lura ghand missiereK halli tesperjenza lil Alla jigri lejk, jittallablek biex tiftah l-qalb tieghek ghalih. Ninkorraggik biex tqum u tfittex l-imhabba, l-hniena u l-mahfra li Alla jixtieq jaghtiK.
|
Feb 04 | | Imhabba Ninsabu fix-xahar ta’ Frar, u dan ix-xahar illaqqana mal-festa tal-mahbubin, ta’ San Valentinu. Ghal din il-festa xtaqt nghid xi haga fuq l-imhabba.
F’wiehed mis-salmi jghid hekk “X’jiswa Mulej il-hajja minghajr imhabba tieghek?”. X’tiswa l-hajja taghna l-bnedmin minghajr l-imhabba ta’ Alla? X’tiswa l-hajja taghna kieku Alla kellu jieqaf milli jibqa’ jhobbna? Fl-istess dawl ta’ dan is-salm nistghu nghidu, x’tiswa l-hajja taghna minghajr l-imhabba taghna lejn xulxin?
Fil-hajja ghandna bzonn l-imhabba ta’ Alla kif ukoll l-imhabba taghna lejn xulxin. Kemm hi importanti l-imhabba fil-hajja taghna?
Per ezempju; X’jiswa li jkollok sptar minghajr l-imhabba tan-nurses, tobba jew professuri? X’tiswa dar sabiha b’ghamara mill-aqwa u teknologija tal-ahhar, izda m’hemmx imhabba?
X’tiswa li jkollok xoghol b’paga tajba imma m’hemmx ambjent ta’ imhabba izda fejn hemm wiehed irid ikisser lil iehor?
X’jiswa rahal, bini mill-aqwa jekk imbaghad bejn in-nies m’hemmx rispett, ghozza u imhabba?
U x’tiswa relazzjoni bejni u bejn persuna ohra jekk f’dik ir-relazzjoni m’hemmx imhabba?
Meta nahsbu fuq dawn il-kazijiet naraw kemm hi sabiha din l-imhabba.
Ftit taz-zmien ilu kont qieghed f’tieg u ltqajt ma’ ragel xwejjah, ha nsemmih Toni. U poggejt bilqieghda hdejh fejn ftit wara bdejna nitkellmu. Toni qalli li l-Mulej tah grazzja ta’ sittin sena ta’ zwieg, kif ukoll qalli iccelebra dan l-anniversarju hames snin ilu, izda hi mietet sentejn wara. Hu zied ighid li hass hafna t-telfa taghha u kemm kienu ihobbu lil xulxin. L-iktar parti interessanti tal-istorja kienet li erbghin sena miz-zwieg tieghu qattaghhom l-Libja fejn kien iqatta’ xahar u nofs il-Libja jahdem ma’ kumpanija taz-zejt u hmistax hawn Malta.
Kompla jgħidli Toni, li dawk ix-xahar u nofs li kien iqatta’ l-Libja, kien ikun preokkupat, fuq il-mara u l-familja u min jaf jekk inqalax xi haga. Iktar u iktar, f’dak iz-zmien fejn la kien hemm computer, mobile u telephone; izda biex icempel kellu bzonn imur il-boghod biex icempel darba fil-gimgha. Toni zied jghid li kuljum kien jaghmel xi haga li kienet tfakkru f’martu, li ha nsemmuha Rita.
Kull filghodu kien iqum, johroġ mill-kamp, fejn kien jaqbad qisha lasta ta’ xkupa u gor-ramel kien jikteb Rita. Wara, fl-ahhar tal-gurnata qabel ma jidhol gol-kamp fejn kien residenti, kien jara x’sar minn din Rita. Dan gieli kien isibha ghada hemm, u gieli kien jinduna li r-riħ ghattielu l-isem, imma dejjem filghodu u filghaxija kien jerga’ jghaddi l-kelma Rita. Waqt li kien jghaddi l-kelma Rita kien jahseb, min jaf kif kienet Rita u kompla jghidli x’kien ighid; Mulej bierek u hu hsieb din marti Rita, zommha dejjem fl-imhabba tieghek. Oh Rita! Kemm nixtieq inkun hdejk, kemm nixtieq bhalissa nerga’ narak. Dan l-ezercizzju kien jaghmlu ta’ kuljum. Il-mara tieghu kienet taf li kien jaghmilha kuljum u allura kien jaf li waqt li kien qed jaghmel dan l-isem Rita u johrog dawn is-sentimenti sbieh ta’ imhabba, Rita b’xi mod kienet konxja u kienet qed tisimghu. Din l-istorja lili, iggaghlni niftakar x’inhi l-imhabba.
Jiena l-imhabba nqabbilha ma’ huggiega nar, li mhux bizzejjed tixghela imma l-imhabba vera tkun kapaci izzommha mixghula. Biex huggiega tkompli ssahhan u ddawwal trid titfalha l-hatab u mhux hamrija, gebel jew trab ghax inkella titfi hafna minnha.
Dan ifisser li l-imhabba, jiena jrid noqghod attent u nibza’ ghaliha.
Kull meta nitfghalha doza ta’ rabja, nervi, pika, tpattija jew ma rridx insellem jew nahfer, jiena jkun qed nitfi l-huggiega tal-imhabba.
Minn-naha l-ohra jekk din l-imhabba nitfghalha l-hatab jigifieri nitfghalha l-pacenzja, r-rispett, l-għozza, l-hlewwa u l-hniena, t-tjieba, kelma li timla’ l-qalb ta’ min inhobb, taptipa, tghanniqa jew bewsa, dik il-huggiega tal-imhabba ma tintefiex imma tibqa’ sejra u tkun bhal ta’ Toni.
Dan minkejja d-distanza bejnu u l-mara tieghu, kuljum kien jikteb Rita fit-trab, fejn hu u jiktibha kien jitfa’ is-sentimenti kollha sbieh tal-imhabba.
J’Alla min qed jaqra, jaghraf x’inhi l-imhabba u jara li l-imhabba ghal min ghandu, t-tfajla jew għarus, mara, ragel jew tfal tieghek, tara li f’din l-imhabba, kuljum titfa’ dejjem il-hatab.
|
Jan 02 | | Is-Sena t-Tajba 2010 Wasalna biex nibdew sena gdida bil-ghajnuna ta Alla… jista jkun ukoll li meta tkun qed tisma dan il-messagg jew taqra dan il-blog, l-2010 tkun dega bdiet.
L-Ewwel tas-Sena…. hafna nies iharsu lejha b’mod differenti. Hawn min huwa ottimist u jibda jhares lejn is-sena l-gdida b’hafna entuzjazmu u ferh li ser tibda sena gdida. Hawn min imbghad huwa xi ftit pessimist jew ikun garrab xi esperjenza negattiva u meta tibda sena gdida jaqghu f’certa biza, tensjoni u ansjeta’.
Jien nahseb li z-zewg realtajiet huma vera… huma normali.
Illum ser nitkellem ghal dawn iz-zewg kategoriji ta nies. Ghal dawk li jharsu lejn is-sena l-Gdid b entuzjazmu, nixtieq nghidilhom suggeriment. Kemm ser taghtu spazju lil Gesu f’din is-sena li gejja (2010). Kemm, lejn tmiem din is-sena li ghadha kemm tibda, ser tharsu lura u tkunu tistghu tghidu li Gesu ghalija kellu post iktar importanti milli kellu s-sena li ghaddiet… kemm ser inhallu spazju lil Gesu ?
Ghal dawk li jghixu l-bidu ta sena gdida b’certu biza, ansjeta u tenzjoni, nixtieq inwasslilhom dan il-messagg. Nixtieq infakkarhom, l-ewwel u qabel kollox, f’dak il-fatt mill-Evangelju meta darba l-appostli kienu qeghdin fuq id-dghajsa f’nofs bahar imqalleb jaqdfu u jcaffcfu kontra r-rih u l-kurrent. U Gesu resaq lejhom miexi fuq dan l-ilma mqalleb. U l-appostli x’hin rawh riesaq lejhom, hassbuh fantazma u bdew jibzghu. Gesu jaghtihom messagg, u dan l-istess messagg nixtieq li nwasslu lil din il-kategorija ta nies li thares b’certa biza, ansjeta, tensjoni, forsi minhabba problemi ta mard, inkwiet u diffikultajiet ohra. Il-messagg ta Gesu li nixtiequ li nghaddilkom fil-bidu ta sena gdida huwa dan.
« Ghamlu l-qalb… tibzghu xejn… jiena Hu ! »
Nahseb huma tlett kelmiet li kull min ighix fil-biza, fl-ansjeta u fit-tenzjoni, jinzlulu ghasel.
Aghmel il-qalb, aghmel kuragg… u la toqghodx taqta qalbek ! Tibza xejn ! M’ghandkomx ghalfejn tibzghu ! Ghaliex ? Ghax jiena maghkom…. jiena l-Mulej maghkom !
Nistieden lil kulhadd… lil kull min qed jisma jew jaqra din il-blog… sabiex inharsu lejn is-sena l-gdida b’dawn it-tlett virtujiet l-iktar sbieh tal-fidi taghna.
Il-Fidi… ejja nemmnu f’Alla u jkollna fiducja fih… hu li jismu Emanuel… jigifieri Alla maghna. U allura f’kull gurnata tas-sena l-gdida l-Mulej mhux ser ihallina wehidna, ser ikun maghna ta’ kuljum. Ghamlu l-qalb ! Tibzghu xejn, jiena Hu ! Jiena dejjem maghkom
Inharsu wkoll lejn is-sena l-gdida bit-Tama… It-tama f’Alla li mhux ser jidhaq bina. Alla li jhobbna u li jiehu hsiebna.
L-Imhabba… ejjew nimpenjaw ruhna li iktar milli nahsbu fina nfusna, nahsbu fl-ohrajn specjalment dawk li ghandhom bzonna. Naghtu l-imhabba taghna u naqsmuha ma l-ohrajn.
U meta ahna nhobbu, kif ighidilna San Gwann, Alla jigi jghammar fina, specjalment bl-Imhabba tieghu. Jiena u nhobb lil haddiehor, Alla li huwa Imhabba, jigi jghammar gewwa fija bl-Imhabba tieghU.
Nawgura lil kulhadd is-Sena t-Tajba! |
Dec 21 | | Il Milied It-Tajjeb Kien żmien il-Milied u darba missier ħa lit-tifel tiegħu ġo supermarket kbir biex jixtru l-affarijiet tal-Milied. Daħlu fis-supermarket u bdew jixtru kull ma kellhom bżonn. Bdew jixtru l-bozoz, Christmas Father, ir-reindeer, il-bżieżaq, il-Christmas Tree, il-karti kkuluriti biex iżejnu d-dar u għamlu spiża kbira. Xtraw dak li riedu u xtaqu li bihom iżejnu d-dar tagħhom fil-Milied.
Wara li ħallsu kollox u kienu ħerġin, sabu li ġo kamra żgħira magħluqa bil-ħġieġ kien hemm tliet statwi u baqra u ħmara. Kien hemm San Ġużepp, il-Madonna, kien hemm Ġesu' tarbija u kien hemm il-baqra u l-ħmara. It-tifel dar lejn missieru u huma u jħarsu lejn dawn l-istatwi, t-tifel staqsa lil missieru u qallu:
Dad, who is that baby?"
Hija l-istorja tal-Milied, niċċelebraw il-festa ta' Ġesu' u jista' jkun li lil Ġesu' għadna ma nafuhx. Jista' jkun illi niċċelebraw il-festa Tiegħu u niċċelebrawha bil-kbir, imma mhux biss forsi għadu mhux f'qalbna imma jista' jkun li għadna ma għarafnihx biżżejjed.
Min hu dan Ġesu', li f'dan iż-żmien ħa niċċelebraw il-festa tat-twelid tiegħu fostna? Ħa nieħu s-silta mill-Iskrittura mill-Evanġelju ta' San Mattew. Meta darba Ġesu', kien hemm folla kbira ta' nies miexja warajH, f'daqqa waħda Ġesu' qal lid-dixxipli tiegħu: 'Nitħassarhom lil dawn in-nies, ilhom miegħi tliet ijiem, u nibża' nibagħthom lura d-dar, mingħajr ma inrejjaqhom, mingħajr ma ntihom x'jieklu, li ma jmurx huma u sejrin lura darhom, iħosshom ħażin'.
Qed nagħżel din is-silta għal diversi raġunijiet, imma l-iktar għal tliet affarijiet verament sbieħ illi jagħtina l-evanġelista San Mattew f'din is-silta. Interessanti li San Mattew f'din is-silta ippoġiha eżatt wara li Ġesu' qagħad bilqiegħda fuq l-għolja u n-nies ġabulhu ħafna morda. San Mattew ma jgħidilniex ġabulu ħafna morda u Ġesu' fejjaqhom, imma donnu għal xi raġuni jrid jgħidilna t-tipi ta' mard li ġabulu quddiem Ġesu'; għomja, torox, zopop, immankati, nies ippersegwitati u dawn in-nies b'fidi kbira, poġġewhom f 'riġlejn Ġesu' u l-Vanġelu jgħidilna illi dawn in-nies, Ġesu' fejjaqhom… u hekk din il-lista sħiħa f'San Mattew jerġa' jirrepetiha; iz-zopop bdew jimxu, it-torox jisimgħu, l-għomja jaraw, l-immankati ġew lura f'saħħithom.
Hekk donnu San Mattew tana tromba biex nidħlu fil-qalb ta' Alla. Donnu San Mattew irid jurina lil Ġesu', li qegħdin niċċelebraw il-festa tiegħu llum, huwa Ġesu' li l-qalb tiegħu, aħna u nidħlu fiha nindunaw li hija mimlija bil-ħniena divina tiegħu. Huwa Ġesu' li jħobb, u propju eżatt wara din is-silta, ippoġġi s-silta l-oħra li tkellimt fuqha ftit tal-ħin ilu, is-silta meta Ġesu' tħassarhom, għandna dan il-verb sabiħ, bl-Ingliż "compassion"; kemm hija sabiħa...dan il-verb sabiħ...ejjew dan l-aġġettiv sabiħ to be compassionate, nuruh anke fil-familji tagħna 'qas ikollna din il-kompassjoni, kultant forsi l-istess mara tiegħek u l-istess żewġek jew l-istess tfal, aħna ngħidu: 'Hija ħadd ma jifhimni, ma jafx minn xiex jien għaddej, ħadd ma jista' jifhem l-problemi u d-dwejjaq li għandi ġol-qalb tiegħi. Għaliex?"
Donnu nħossuna li m'hemmx compassion madwarna. Permezz ta’ dan il-verb sabiħ, San Mattew jgħidilna idħlu f'din il-qalb t'Alla ħa tkunu tafu min Hu, u araw kif inhi mimlija bil-kompassjoni, mimlija bl-imħabba.
Bhal donnu qed jistedinna biex niskopru ħaġa li forsi għadna ma dħallniex biżżejjed f'din l-imħabba enormi li Ġesu' għandu għalina. Dan hu Ġesu' li qegħdin nistiednu propju biex jitwieled mhux fil-maxtura tas-salott imma jitwieled fil-maxtura ta' qalbna, fil-maxtura tal-ħajja tagħna. Hekk imbagħad eżatt wara, dan il-verb jew dan l-aġġettiv, sejjaħlu li trid, tal-kompassjoni, ikollna din is-sentenza, din il-frażi li lili wkoll laqtitni "għax ma nixtieqx nibagħthom lejn darhom u forsi jħosshom ħażin" .
Hawnhekk ukoll għandna xi ħaġa oħra….. San Mattew qed jagħtina nkomplu nifhmu u niflu x'hemm fil-qalb tagħna, hemm is-sensittivita', hemm żewġ tipi ta' sensittivita': meta xi ħadd ikun sensittiv tiegħu nnifsu, jieħu għalih mix-xejn, kull ħaġa ninterpretha ħażin kontra tiegħu, iweġġa' b'kull kelma, iweġġa' b'kull azzjoni; dak sensittiv għalih innifsu.
Bosta drabi mhijiex healthy li tkun sensittiv għalik innifsek. Imma imbagħad hemm is-sbuħija tas-sensittivita', meta din is-sensittivita', flok tpoġġiha fuqek innifsek, tpoġġiha għall-oħrajn, bħal ma kellu Ġesu' u hawnekk qed nosservaw din is-silta kemm hu sensittiv "li ma jmorrux lura d-dar u huma u mexjin lura, iħosshom ħażin".
Hekk hu dan huwa Ġesu'. Ħadt silta waħda biex nieħdu ftit togħma tal-qalb ta' dan is-Salvatur tad-dinja, ta' dan Ġesu' Kristu.Kull silta tal-Vanġelu tgħidilna xi ħaġa dwar Ġesu'. Għażilt din is-silta propju għax naħseb huwa qasir, li tlaqqana u nixtieqkom tiltaqgħu propju ma' dawn it-tliet affarijiet sbieħ, illi jimlew lil Ġesu', jimlew anke' il-qalb tagħna aħna u nimmeditaw, il-ħniena divina tiegħu u Ġesu jfejjaq il-morda kollha, il-għomja jaraw, iz-zopop jimxu, l-immankati jerġgħu jieħdu saħħithom mill-ġdid, il-morda jfiqu, din il-ħniena divina li tmiss il-kulħadd, ħadd m'huwa mċaħħad minn din il-ħniena divina, 'qas aħna m'aħna mċaħħdin minnha għax aħna wkoll ħut Ġesu' Kristu, ulied il-Missier.
Ukoll dawn iż-żewġ aġġettiv jew verbi illi qed juża' Ġesu', propju il-kompassjoni lejn min hu batut, lejn min hu fil-bżonn, lejn min hu mnikket, lejn min hu mġġarrab u din is-sensitivita' wkoll li bniedem jempatizza ma' xi ħadd ieħor fil-problemi, jaħsbu f'xulxin. Naħseb jagħmlu ħaġa tajba illi bil-fidi ta' dawn l-istess nies, illi ħadu l-morda tagħhom u poġġewhom f'riġlejn Ġesu', aħna wkoll f'din il-ġurnata tal-Milied, ejjew aħna wkoll immorru f'riġlejn Ġesu'. Dan Ġesu' għani fil-ħniena, dan Ġesu' kollu mħabba, kollu kompassjoni, dan Ġesu' sensittiv u ejjew aħna lkoll bil-fidi npoġġu n-niket tagħna, l-problemi tagħna, id-diffikultajiet tagħna, l-ansjeta' tagħna, u għarkubbtejna bħar-rgħajja ta' Betlem, għarkubbtejna bħas-slaten maġi.... ejjew naduraw lil Ġesu' tarbija u ngħidulu wkoll dik il-frażi tant sabiħa li nsibu fil-Vanġelu: 'Ġesu, bin David, O Salvatur tagħna l-bnedmin, O Iben t'Alla li sar bniedem, ikollok ħniena minnha fid-diffikultajiet tagħna'.
Nawgura lil kulħadd il-Milied it-tajjeb u nawgura lil kulħadd l-iskoperta tal-ġmiel tal-kobor tas-sbuħija tal-ħniena divina ta' dan Alla, illi għall-imħabba tiegħu għalina, aċċetta li jsir bniedem u jmut għalina fuq is-salib.
|
Dec 07 | | Idhol fi qlubna Mulej Ninsabu fi zmien l-avvent u ghalhekk huwa xieraq li nisiltu hsieb ghal dan iz-zmien tas-sena bit-tama li jippreparana u jheggigna ghall festa tal-Milied, festa li niccelebraw il-mument mimli mhabba t'Alla li ddecieda li jsir bniedem u jigi jghammar fostna
L-avvent huwa stennija... qed nistennew!
Lil min qed nistennew? Qed nistennew lil Gesu! Hija hasra jekk ahna niccelebraw il-Milied li jkun fih l-ingredjenti kollha, imbaghad l-aqwa ingidjent li huwa Gesu Kristu, jibqa barra jew fil-margini tal-hajja taghna waqt li qed niccelebraw. Mhux ta b'xejn li min imur il-Knisja u jisma l-Kelma li tippreparalna ghal din il-festa, u nisimghu espresssjonijiet mill-aktar sbieh bhal ma huma "Ejja Mulej Gesu" jew "Carrat is-smewwiet u inzel fostna Mulej Gesu" "Ejja Mulej Gesu! id-dinja qed tistenniek bi hgarha".
Dawn huma espressjonijiet li ghandhom iqanqluna biex ahna wkoll f'dan il-perjodu tas-sena nibdew inhejju lilna nfusna u l-qalb taghna sabiex nilqghu fi qlubna lil Gesu.. l-Mulej! San Gwann il-Battista jghidilna "Indmu.. hejju t-triq ghall-Mulej" Innehhu d-dnub li tant izommna l-boghod minn Alla Hejji lilek innifsek sabiex tilqa lil Gesu.
Nixtieq naqsam mieghek storja vera li grat fl-Afrika fi zmien it-Tieni Gwerra Dinija. Kien hemm General Ingliz li kellu seba skjavi li kienu l-hin kollu ghad-dispozizzjoni tieghu f'kollox. Kien General pjuttost kattiv. Wiehed minn dawn is-seba, kien ragel b'sahhtu li l-General kien juzah biex igorru fuq spallejh minn post ghall-iehor... . xi haga li tmur ghal kollox kontra d-dinjita' tal-bniedem. Imma dan l-ilsier kien bniedem mill-aktar pacenzjuz u jzomm il-kalma.
Waqt li kien igorr lill-General Ingliz, dan l-ilsier kien johrog Pocket Bible u waqt li kien ikun miexi bil-General fuq spallejh, kien jaqra l-Bibbja. Il-General ma ghogbitux din il-haga u hataf hatfa lill-ilsier u geghlu jnehhi l-ktieb minn idejh. Sahansitra wasal biex qal lill-ilsier "Nehhi dak ir-rubbish minn idejk" L-ilsier pacenzjuz u kalm insista li ma setax ikun li jnehhi l-Bibbja minn idejh u jieqaf jaqraha. Qal l-ilsir lill–General "Din hija importanti li naqraha. Sir, jekk innehhi l-Bibbja minn idi naqbad u nitfghek minn hawn fuq ghal isfel"
Hija storja marbuta ma l-Avvent ghax ahna qed nistiednu lil dak li fil-Hajja taghna qed jaghmel id-differenza. Huwa Gesu biss li jaghmel id-differenza fil-hajja taghna. Li jkollna movimenti u ghaqdiet internazzjonali huma tajbin, imma wehdihom mhuwiex bizzejjed biex naraw bidla ghall-ahjar fid-dinja. Ghandna bzonn il-qawwa u l-id tat-tmexxija t'Alla. Hija l-persuna ta' Gesu Kristu li ser taghmel id-differenza, bhalma ghamel id-differenza fil-hajja ta dak l-ilsier. Umanament dan kellu ragun li jaqbad lil General u jixhtu ghal isfel minn fuq xi gholja. Imma kien Gesu li ghamel id-differenza… kien Gesu Kristu li tah il-qawwa, il-paceznja, is-sabar, il-kuragg, u fuq kollox il-kapacita li jahfer.
Ghax jekk nahsbu ftit ahna m'ghandniex il-kapacita li nahfru… ahna l-kapacita li npattu ghandna go fina. Huwa Gesu li jaghtina din il-qawwa li nahfru u nkunu kalmi fil-hajja… Wehidna ma naslux, l-isforzi umani mhumiex bizzejjed. Huwa ghalhekk li dan l-Avvent ghandna nghixuh b'mod li nhejju ruhna u nilqghu lil Gesu go fina…. Ghax huwa Gesu li jaghmel id-differenza.
Lilek li qed tisma jew taqra dan il-hsieb, nixtieq insaqsik
Int qed tistenih lil Gesu' ?
Tixtiequ fil-qalb tieghek?
Temmen li Gesu ser igib id-differenza fil-hajja tieghek specjalment fir-relazzjoni tieghek ma l-ohrajn?
Tahseb li ghandek bzonnu lil dan Gesu ?
Ghalija personalment, nemmen li minghajru ma nista nkun xejn. Nara li kultant id-dinja sejra lura ghax qed twarrab lil Gesu. Nixtieq li Gesu jigi fostna u nghidulu "Carrat is-sema u ejja fostna". Nistednuh jigi fil-politika, fil-Knisja, fil-qrati, idhol fil-postijiet tax-xoghol, fil-familji taghna….
Nemmen li bik biss Gesu, id-dinja tista tkun differenti
Nemmen li jekk inhalluk tidhol bis-serjeta f'hajjitna, ahna ninbiddlu. Id-dinja titbiddel biss, jekk inhallu lil Gesu jibdilna!
|
|
|